|
NAVIGATION
Pilgrimage
Pope's Speeches
Pictures from Malta
Introductions
Vjagg ta' xhieda
Atti 28
Malta - Holy Land
St. Paul - homage
Memories - 1990
Beatifications
Nazju Falzon
Adeodata Pisani
Dun Gorg Preca
|
Pope John Paul II
Pilgrim in the footsteps of St. Paul
SPEECHES
09.05.2001 - Message at the Granaries
(after Beatification Mass) - MALTESE
'Inroddu hajr lill-Mulej ghal tjubitu, ghall-ghegubijiet tieghu mal-bnedmin.' (Salm 107:15)
Gheziez huti,
1. B'ferh kbir ergajt gejt f'din il-gzira tant ghal qalb San Pawl, l-Appostlu tal-gnus, u dejjem ghal qalb is-Successur ta' Pietru. Din iz-zjara taghlaq il-Pellegrinagg Gubilari
tieghi filwaqt li segwejt fl-ispirtu l-Istorja tas-Salvazzjoni, minn pajjiz Abraham, sas-Sinai fejn Alla ta l-Ghaxar Kmandamenti, sa l-Art Imqaddsa fejn sehhew il-grajjiet
il-kbar tal-fidwa. U issa fil-passi ta' San Pawl ergajt gejt lura ghandkom, ghaziz poplu ta' Malta.
Il-wasla ta' l-appostlu fuq ix-xtajta taghkom kienet drammatika. San Luqa rrakkontalna l-vjagg fil-maltemp u kif ma setghu jaghmlu xejn il-bahhara u l-passiggieri hekk
kif il-gifen inkalja u beda jinqasam (ara Atti 27:39-44). U smajna b'liema mod inhelsu: 'Meta hlisna mill-gharqa, sirna nafu li l-gzira kien jisimha Malta.' (Atti 28:1)
Fil-provvidenza ta' Alla, Malta kellha thaddan l-Evangelju fil-jiem bikrija tal-Kristjanezmu. 'Inroddu hajr lill-Mulej ghal tjubitu, ghall-ghegubijiet tieghu mal-bnedmin.'
(Salm 107:15)
2. Migburin fuq il-Fosos tal-Furjana, madwar l-Altar tas-Sagrificcju tal-Mulej, l-Isqof ta' Ruma jinghaqad maghkom fit-tifhir lit-Trinita' l-aktar Qaddisa ghax-xhieda
taghkom ghall-Evangelju tul is-sekli. B'fedelta' lejn l-Appostlu Pawlu, missierkom fil-fidi, intom maghrufin mal-Knisja kollha ghad-devozzjoni u l-hegga missjunarja
taghkom. Malta ghandha wirt nisrani mill-akbar li tieghu intom ghandkom ragun tkunu kburin, imma dak il-wirt hu wkoll don li jitlob responsabbilta' kbira (ara Luqa
12:48).
Fit-Tieni Ittra tieghu lil Timotju, San Pawl ifakkar lil dak li hadem mieghu biex jiftakar 'f'Gesu' Kristu, li qam mill-imwiet.. Jekk ahna mitna mieghu, ghad nghixu mieghu
wkoll.' (2 Tim. 2:8,12) Dal-kliem ghozzewh bil-qalb iz-zewg ulied u l-bint adottiva ta' Malta li ghadni kif ibbeatifikajt. Il-Knisja kollha tifrah maghkom ghaliex, fost
l-ghadd kbir ta' nisa u rgiel qaddisa minn kull qasam tal-hajja fl-istorja ta' Malta, dawn it-tlieta gew maghzula biex inqimuhom b'mod specjali u nsiru nixbhuhom.
Mill-genna jinghaqdu maghna fil-pellegrinagg taghna fuq l-art, u permezz tat-talb taghhom quddiem it-tron ta' Alla jghinuna biex nitilghu l-gholja tal-qdusija li kisbu
bis-sahha ta' l-Ispirtu s-Santu.
3. Mill-mewt tieghu fl-1962, ftit qabel il-ftuh tal-Koncilju Vatikan it-Tieni, l-Beatu Gorg Preca kien maghruf ghall-qdusija tieghu kemm f'Malta kif ukoll kulfejn ghexu
l-Maltin. Dun Gorg kien pijunier fil-qasam tal-katekezi u mexxa 'l quddiem is-sehem tal-lajci fl-apostolat, dak li l-Koncilju kellu jishaq fuqu b'mod partikulari. B'hekk sar
bhallikieku t-tieni missier ta' Malta fil-fidi. Filwaqt li haddan it-tjubija u l-umilta', u filwaqt li haddem bis-shih it-talenti tal-mohh u l-qalb li tah Alla, Dun Gorg ghamel
tieghu l-kliem ta' Pawlu lil Timotju: 'Dak kollu li smajt minghandi bix-xhieda ta' hafna, ghaddih lil nies ta' min jorbot fuqhom biex dawn jistghu jghallmuh lill-ohrajn.' (2
Tim 2:2). Is-Socjeta' tad-Duttrina Nisranija li hu waqqaf qed tkompli x-xoghol tieghu ta' xhieda u ta' evangelizzazzjoni f'dawn il-gzejjer u mkejjen ohra.
Mhux 'il boghod minn hawn, iz-zaghzugh seminarista Gorg Preca sema' l-kliem profetiku ta' qassis ta' fiducja: 'Gorg, meta tikber, hafna li jibzghu minn Alla jingabru
madwarek. Int tkun barka ghalihom u huma ghalik.' Illum il-Knisja f'Malta ssejjah lil Gorg Preca 'Beatu', ghaliex taf li ghaliha hu ghajn ta' dawl u qawwa. Fil-kitbiet
tieghu fuq l-umilta' - il-ktieb tieghu L-Iskola tal-Manswetudni, u l-Ittra tieghu - Dun Gorg iheggeg lil shabu l-insara biex jimxu fuq l-ezempju tal-Mulej Imsallab u jahfru
kull offiza (ara Luqa 23:34). Messagg bhal dan, ta' rispett lejn xulxin u mahfra, mhuwiex hekk mehtieg illum f'Malta u fid-dinja? Iva tabilhaqq, l-umilta' tal-Beatitudni
ghandha l-qawwa li tbiddel il-familja, il-post tax-xoghol u l-iskejjel, l-ibliet u rhula, il-politika u l-kultura. Tista' tbiddel id-dinja! '}enjin ta' qalbhom helwa, ghax huma
jkollhom b'wirthom l-art.' (Matt. 5,5)
Magister, utinam sequatur evangelium universus mundus (Mghallem, mhux li kien id-dinja kollha timxi wara l-Evangelju): it-talba tal-Beatu Gorg hija mera perfetta
tal-kmand missjunarju tal-Mulej: 'Morru mela aghmlu dixxipli... U ghallmuhom iharsu dak kollu li ordnjatilkom jien. (Matt. 28:19-20) Matul is-sena tal-Gublew il-Kbir,
fil-Knisja kollha regghet inhasset mill-gdid l-arja friska u dejjiema tal-hniena u l-imhabba tal-Missier li baghat lil Ibnu l-Wahdieni ghas-salvazzjoni taghna. Ma kinetx
il-kapacita' ta' Dun Gorg li jikkomunika din l-arja friska tal-messagg nisrani li ghamlitu l-appostlu kbir li kien? Mhux dan li Malta ghandha bzonn illum: li kleru, religjuzi,
katekisti, ghalliema jxandru b'entuzjazmu l-Ahbar it-Tajba ta' dak li l-Missier ghamel ghalina fi Kristu?
Fiz-zerniq ta' millennju gdid, il-Knisja thares lejk, Malta, biex tghix is-sejha tieghek apostolika u missjunarja b'hegga dejjem akbar!
4. Il-Qaddej ta' Alla Nazju Falzon ukoll kellu herqa biex jippriedka l-Evangelju u jghallem il-fidi Kattolika. Huwa wkoll uza t-talenti u t-tahrig intellettwali tieghu
ghas-servizz tal-hidma kateketika. L-Appostlu Pawlu kiteb li 'kull wiehed ghandu jaghti skond ma jidhirlu hu minn rajh, mhux fuq il-qalb jew bilfors; ghax Alla jhobb lil
min jaghti bil-ferh.' (2 Cor 9:7) Il-Beatu Nazju kien wiehed li ta bil-bosta u bil-qalb; u n-nies raw fih mhux biss energija bla tarf imma wkoll paci profonda u mhabba.
cahad is-success tad-dinja li kien imhejji ghalih mit-trobbija tieghu biex jaqdi l-gid spiritwali ta' ohrajn, inkluzi l-hafna suldati u bahrin Inglizi li kienu stazzjonati Malta dak
iz-zmien. Fl-imgiba tieghu maghhom, li ftit biss minnhom kienu Kattolici, ghex minn qabel l-ispirtu ekumeniku ta' rispett u djalogu, li llum ahna midhla tieghu imma li
dak iz-zmien ma kienx daqshekk mifrux.
Nazju Falzon ha l-qawwa u l-ispirazzjoni mill-Ewkaristija, mit-talb quddiem it-Tabernaklu, mid-devozzjoni lejn Marija u lejn ir-Ruzarju, u mill-imitazzjoni ta' San Guzepp.
Dawn huma ghejun ta' grazzja minn fejn l-insara kollha jistghu jixorbu. Il-qdusija u l-hegga ghas-saltna ta' Alla jitkattru specjalment fejn il-parrocci u l-komunitajiet
iheggu t-talb u d-devozzjoni lejn is-Sagrament Imqaddes. Inheggigkom, mela, biex tghozzu t-tradizzjonijiet taghkom Maltin ta' qima, filwaqt li ssaffuhom fejn mehtieg u
ssahhuhom b'taghlim u katekezi sodi. Mhemmx triq ohra ahjar biex tqimu l-memorja tal-Beatu Nazju Falzon.
5. Imwielda l-Italja minn missier Malti, Swor Marija Adeodata Pisani giet Malta meta kellha dsatax-il sena u ghaddiet il-bicca l-kbira ta' hajjitha bhala xbieha mill-aqwa
ta' konsagrazzjoni religjuza Benedittina fil-Monasteru ta' San Pietru. Naf li xi whud mis-Sorijiet tal-Monasteru ma setghux jigu hawn illum, imma qeghdin isegwu din
ic-cerimonja fuq it-televizjoni. Lilkom, gheziez sorijiet, nibghat barka specjali f'dan il-jum ta' ferh.
|
It-talb, l-ubbidjenza, is-servizz lejn hutha s-sorijiet u l-maturita' fil-qadi tad-dmirijiet taghha: dawn kienu jiffurmaw il-hajja qaddisa u fis-skiet ta' Marija Adeodata.
Mohbija fil-qalba tal-Knisja, qaghdet f'riglejn il-Mulej tisma' t-taghlim tieghu (ara Luqa 10:39), filwaqt li daqet dak li jibqa' ghal dejjem (ara Kol. 3:2). Bit-talb,
bix-xoghol u bl-imhabba, saret nixxiegha ta' dak il-frott spiritwali u missjunarju li minghajru l-Knisja ma tistax tippriedka l-Evangelju kif jamar Kristu, ghax il-missjoni u
l-kontemplazzjoni ma jghaddux minghajr xulxin (ara Novo Millennio Ineunte 16).
L-ezempju qaddis ta' Swor Adeodata zgur ghen biex igib 'il quddiem it-tigdid tal-hajja religjuza tal-Monasteru taghha. Nixtieq nirrikmanda ghall-intercessjoni taghha
intenzjoni specjali tieghi. Dan l-ahhar sar hafna biex il-hajja religjuza tadatta ruhha ghac-cirkustanzi li qed jinbidlu fil-hajja ta' llum, u s-siwi ta' dan jidher fil-hajjiet ta'
hafna nisa u rgiel religjuzi. Izda hemm bzonn tigdid ta' l-apprezzament tar-ragunijiet teologici profondi ghal din il-forma specjali ta' konsagrazzjoni. Ghadna qed
nistennew il-frott shih tat-taghlim tal-Koncilju Vatikan II fuq il-valur traxxendentali ta' dik l-imhabba specjali ta' Alla u ta' l-ohrajn li twassal ghall-hajja tal-voti tal-faqar,
kastita' u ubbidjenza. Nirrikmanda lill-irgiel u lin-nisa ta' hajja kkonsagrata l-ezempju ta' maturita' u ta' responsabbilta' personali li kienu jidhru b'mod tant sabih fil-hajja
tal-Beata Adeodata.
6. Fil-Vgili ta' Pentekoste, l-Arcidjocesi ta' Malta se tinawgura l-Assemblea tas-Sinodu u f'ghawdex l-Isqof Cauchi beda Vizta Pastorali gdida. Hija t-tama qawwija tieghi li
dawn u inizjattivi ohra jghinu biex issahhah il-vizjoni tal-Koncilju Vatikan II tal-Knisja bhala l-komunjoni tal-poplu kollu ta' Alla, vizjoni li l-'evangelizzazzjoni l-gdida'
tistenna mill-Kattolici Maltin. F'din il-komunjoni hemm funzjonijiet u ministeri differenti, imma kulhadd hu msejjah biex jahdem flimkien biex igib 'il quddiem is-saltna ta'
Kristu ta' gustizzja, paci u mhabba. Jalla l-Knisja f'Malta, bl-intercessjoni tal-Beati l-godda, timxi 'l quddiem b'fiducja f'era gdida ta' ghaqda u responsabbilta' maqsuma
bejn kleru, religjuzi u lajci. Din taghti lill-Kattolici Maltin bidu frisk li jghinhom jidhlu b'fiducja fil-millennju l-gdid, filwaqt li jahsdu l-frott spiritwali u ghani tal-Gublew
il-Kbir tas-Sena 2000.
Malta, Malta! Int ircevejt hafna mill-ministeru ta' San Pawl u x-xhieda tal-Beatu Dun Gorg, tal-Beatu Nazju Falzon u tal-Beata Adeodata. Hekk kif timxi lejn il-gejjieni,
ibqa' fidila ghall-wirt li hallewlek! Imxi wara Kristu b'qalb shiha u qatt tibza' tixhed ghall-verita' li ssalva u ghall-valuri li jwasslu ghall-hajja! Jalla l-Vergni Marija, Omm
il-Verb maghmul bniedem, timxi mieghek u tharsek dejjem, biex qatt ma tonqos li 'trodd hajr lill-Mulej ghal tjubitu, ghall-ghegubijiet tieghu mal-bnedmin.' (Salm
107:15)
Viva l-Beatu Gorg Preca!
Viva l-Beatu Nazju Falzon!
Viva l-Beata Adeodata Pisani! Amen.
(Original text - English)
|
 |