|
NAVIGATION
Pilgrimage
Pope's Speeches
Pictures from Malta
Introductions
Vjagg ta' xhieda
Atti 28
Malta - Holy Land
St. Paul - homage
Memories - 1990
Beatifications
Nazju Falzon
Adeodata Pisani
Dun Gorg Preca
|
Pope John Paul II
Pilgrim in the footsteps of St. Paul
SPEECHES
08.05.2001 - At Malta Airport - MALTESE
Sur President, Membri tal-Gvern, Huti Isqfijiet, Sinjuri,
Bi gratitudni mill-qalb 'l Alla, ninsab ghat-tieni darba fuq art Maltija. Il-pellegrinagg gubilari li qed naghmel fl-elfejn anniversarju tat-twelid
ta' Gesu' Kristu wassalni Malta. Wara li zort xi postijiet li ghandhom x'jaqsmu b'mod specjali ma' l-istorja tas-salvazzjoni, f'sinai, fl-art
imqaddsa, u issa f'Ateni u f'Damasku, l-pellegrinagg tieghi fil-passi ta' San Pawl igibni ghandkom.
Grazzi, Sur President, ghall-istedina li ghamiltli f'isem il-poplu Malti. Grazzi tal-kliem helu ta' merhba li tajtni llum. Ninsab grat wkoll lejn
il-membri distinti tal-parlament, l-aworitajiet civili u militari, l-membri tal-korp diplomatiku, u lejn dawk kollha li qed jonoraw din
l-okkazjoni bil-presenza taghhom.
B'imhabba f'Alla, nsellem lill-ArcIsqof Mercieca, 'l-Isqof Cauchi, u 'l-Isqof Awziljarju Depasquale, kif ukoll lill-isqfijiet l-ohra prezenti, xi
whud jirraprezentaw il-vokazzjoni missunarja tal-Knisja Maltija, filwaqt li ohrajn gejjin min-nisel ta' emigranti Maltin. Insellem
lis-sacerdoti, lid-djakni, 'l-irgiel u nisa religjuzi; u b'mod partikulari liz-zghazagh li qed jihejjew biex jaqdu 'l Alla fis-sacerdozju u fil-hajja
konsagrata. Insellem lill-katekisti u 'l dawk kollha li jghinu b'mod attiv il-missjoni tal-Knisja.
Fi kliem il-patrun taghkom San Pawl insellem lill-poplu Malti kollu minghajr eccezzjoni: 'grazzja lilkom u sliem minn Alla Missierna u Sidna
Gesu' Kristu.' (Fil. 1:2).
Qed ingib quddiem ghajnejja l-ewwel zjara tieghi hdax-il sena ilu. Niftakar il-laqghat tieghi mas-sacerdoti u mar-religjuzi, mal-haddiema,
ma' l-intellettwali, mal-familji u maz-zghazagh. Niftakar il-konkattidral ta' San Gwann, il-belt, is-santwarji Marjani tal-Mellieha, u ta' Pinu
fil-gzira ta' Ghawdex. Niftakar il-bajja u l-gzejjer ta' San Pawl, u b'mod partikulari l-grotta l-antika meqjuma bhala l-post fejn qaghad
l-appostlu.
Fuq kollox niftakar il-fidi u l-entuzjazmu tal-Maltin u ta' l-Ghawdxin. San Pawl wasal Malta bhala prigunier fi triqtu lejn Ruma, l-post fejn ha
l-martirju. Hawnhekk, lilu u lil shabu nawfragi laqghuhom - kif naraw fl-atti ta' l-appostli 'bi tjubija liema bhalha' (28:2). Hawnhekk ta
xhieda ta' Kristu u fejjaq lil missier Publiju u lil nies ohra fil-gzira li kienu morda (ara atti 28:8). 'It-tjubija ta' Alla, salvatur taghna, u
l-imhabba tieghu' (titu 3:4) iltaqghet mat-tjubija tal-Maltin. Ghal zewg millennja bqajtu fidili lejn is-sejha li harget minn dik il-laqgha
singulari. Illum is-successur ta' Pietru jixtieq iwettaqkom fl-istess fidi, u iheggigkom fl-ispirtu ta' tama u mhabba nisranija. Jitlob biex,
bhal missirijietkom, intom ukoll taghtu frott tajjeb u bil-bosta. Sigar tajba jaghtu hafna frott tajjeb (ara Matt. 12:33-35), bhalma kien il-kaz
tal-venerabbli qaddejja ta' Alla li ghada bil-ferh kollu se niddikjara beati.
Il-pozizzjoni ta' Malta fl-Ewropa u fil-Mediterran taghmilha eredi, b'mod specjali, ta' tradizzjoni kulturali sinjura, li l-qalb taghha hi
l-umanizmu tal-vangelu. F'dinja li qieghda tfittex dawl li b'mod cert jiggwida l-bdil li ghaddejja minnu, ghandkom wirt spiritwali u morali
kapaci perfettament biex ifejjaq u jgholli d-dinjita' tal-persuna umana, biex isahhah in-nisga tas-socjetą, u biex izzejjen l-attivita' umana
b'sens u tifsir aktar profond (ara GS, 40). Dan hu l-gherf u l-intuwitu' li Malta tista' toffri lill-era gdida storika li qeghda
titfacca bil-mod izda fiz-zgur. Gheziez hbieb Maltin, ghozzu s-sejha nisranija! Kunu kburin tal-wirt religjuz u kulturali! harsu lejn il-gejjieni
b'tama, u imxu b'hegga gdida biex taghmlu dal-millenju gdid zmien ta' solidarjeta' u paci, ta' mhabba ghall-hajja u rispett ghall-holqien
t'Alla. Fdajt il-pellegrinagg tieghi fil-protezzjoni tal-imqaddsa vergni Marija u ta' l-appostlu Pawlu. Insejjah l-intercessjoni taghhom fuq
dawk kollha li jghammru f'Malta u Ghawdex! Kunu kollha imbierkin, b'mod partikulari il-morda, l-anzjani u dawk kollha li qed ibatu fil-gisem
u fl-ispirtu. Il-Mulej ibierek il-poplu kollu ta' Malta u ta' Ghawdex!
(Original text: English)
|
 |