|
NAVIGATION
Pilgrimage
Pope's Speeches
Pictures from Malta
Introductions
Vjagg ta' xhieda
Atti 28
Malta - Holy Land
St. Paul - homage
Memories - 1990
Beatifications
Nazju Falzon
Adeodata Pisani
Dun Gorg Preca
|
Pope John Paul II
Pilgrim in the footsteps of St. Paul
SPEECHES
09.05.2001
at SOCIETY CHRISTIAN DOCTRINE
MALTESE
Tislima mis-superjur Generali
Victor Delicata
fic-centru tal-MUSEUM,
Blata l-Bajda Hamrun
Santita',
Alla, fil-provvidenza tieghu, ghogbu jlaqqghek mill-gdid maghna f'Malta, il-gzira ta' San Pawl . Jiena, f'isem is-socjeta' tad-duttrina nisranija kollha, naghti l-merhba
lill-qdusija tieghek hawn f'dan l-auditorium tad-dar Generali taghna. Bhala membri tas-socjeta' ta' Dun Gorg Preca, illi inti dalghodu ddikjarat mal-beati, inhossuna
tassew ferhana li qeghdin migbura hekk qrib tieghek.
Il-beatu Gorg Preca, fundatur taghna, li inti ghadek kemm tajt qima lill-korp tieghu fil-kappella taghna tal-madonna tal-medalja mirakoluza, minn dejjem nissel fina
rabta devota lejn il-persuna tal-Papa. Is-socjeta' taghna dejjem zammet b'ghozza kbira din ir-rabta sa mit-twaqqif taghha fl-1907, tant illi fl-ewwel snin taghha,
sal-1932, kienet anke maghrufa bhala is-socjeta' ta' wlied il-Papa.
Huma hafna t-talbiet u innijiet li nuzaw fil-hajja tas-socjeta' li jkabbru fina sa mic-cokon din l-imhabba u l-qima ta' wlied li kellu Dun Gorg lejn il-Papa. Kull nhar ta'
}add wara nofs in-nhar, il-membri jiltaqghu fid-diversi oqsma taghhom biex jiccelebraw dik li nsejhu l-unjoni, meta s-superjur jistedinna nbaxxu rasna quddiem
ix-xbieha tal-Papa u jghidilna: "dan hu l-Papa, missier taghna, u kap tal-knisja kollha!" Imbaghad fis-7 ta' kull xahar, il-fundatur riedna nipprofessaw is-sottomissjoni
taghna lejn il-Papa fil-fidi u li nahdmu ghall-prosperita' tal-knisja afdata f'idejh.
Tabilhaqq, din ir-rabta hierga mill-esperjenzi profondi ta' fidi ta' Dun Gorg li kellu fih il-konvinzjoni li s-successuri ta' San pietru, bhal pietru nnifsu, kienu moghnija
bil-qawwa li jaghrfu u jidentifikaw dik il-prezenza unika u personali ta' Alla illi tghinhom jeghlbu kull dghufija umana, kif ukoll dik il-qawwa ta' Alla li ghamlet lil Gesu',
l-iben wahdieni tieghu, il-maghzul tieghu, il-midluk u l-feddej.
B'referenza cara ghall-kapitlu 16 ta' l-evangelju ta' San Mattew, li zgur Dun Gorg talab u mmedita fil-fond, huwa tana t-tislima: salve Papa noster, salve petra fidei,
salve coeli janitor (insellmulek Papa taghna, blata u sies tal-fidi, li thares bieb is-sema). Ghal Dun Gorg, u ghalina membri tas-socjeta' tieghu, il-Papa jibqa' dejjem
boxxla cara u soda fil-fidi taghna u "blata" ta' unita'. Mhux ghageb li Dun Gorg talab li Kristu jhares lill-Papa "ir-ragel tal-leminija tieghek u l-bidwi tad-dielja
nisranija."
L-esperjenza profonda ta' fidi tieghu ghamlet mill-beatu Gorg Preca appostlu iddedikat ghall-evangelizazzjoni, missjoni li kienet tant ghal qalb il-qdusija tieghek sa
mill-bidu tal-pontifikat, meta tlabt bil-herqa lil kulhadd: "aprite, anzi spalancate, le porte a cristo!" (ifthu berah il-bibien kollha lil Kristu!). Il-fundatur taghna, u inti
santita', tridu li ahna nsahhu l-fidi ta' l-insara hutna kullimkien. Din hi r-raguni li minn qiegh qalbna nxandru d-dinamizmu tal-ghaqda taghna bil-kelmiet ta' din it-talba:
magister utinam sequatur evangelium universus mundus. Din hi karizma li torbotna ma' l-istess missjoni ta' pietru nnifsu: li naghrfu lil Gesu' Kristu, li nwasslu lill-ohrajn
biex jemmnu fih u biex jilqghuh bhala l-mulej u s-salvatur.
Fir-rabta devota ta' wlied mas-successur ta' San pietru, Dun Gorg jara sinjal zgur ta' salvazzjoni: kif ulied noe salvaw ghax kienu fl-arka ta' missierhom. Din l-imhabba
intima u qima tohrog sew b'certa qawwa fil-kelmiet li l-fundatur taghna kien sikwit itenni minn qiegh qalbu: ego cum Papa semper (jiena mal-Papa dejjem).
Ghalhekk, santita', hallina nizzukhajr illi inti messaggier hekk sod u sigur ta' Kristu, il-feddej irxoxt ta' l-umanita'. Illum inharsu lejn il-persuna tieghek, u b'ferh u
b'imhabba nsellmulek bil-kliem li tana l-fundatur taghna: salve Papa noster, salve petra fidei, salve coeli janitor, et dominus sit tecum!
|
 |