|
NAVIGATION
Pilgrimage
Pope's Speeches
Pictures from Malta
Introductions
Vjagg ta' xhieda
Atti 28
Malta - Holy Land
St. Paul - homage
Memories - 1990
Beatifications
Nazju Falzon
Adeodata Pisani
Dun Gorg Preca
|
San Pawl f'Malta - Atti 28
by Guido Schembri ofm
In-nies tal-gifen li kollha kemm kienu helsu mill-gharqa saru jafu li l-gzira li fiha sabu l-kenn kien jisimha Malta. Malli telghu l-art raw isir il-miraklu tal-lifgha li telghet ma' id Pawlu u ma taghtux il-mewt kif suppost ghamlet. Dan il-miraklu sewa ghall-missjoni ta' l-Appostlu fi gzirijietna. Wara l-laqgha generuza li missirijietna ghamlu lil dawk kollha li helsu mill-gharqa, laqgha li Luqa jfahhar bi kliem mill-isbah, Pawlu fejjaq lil missier Publju, il-protos tal-gzira.
Hawn ikun ta' siwi li naghmlu xi mistoqsijiet:
Hu zgur li Malta ta' l-Atti hija Malta taghna? Dwar dan m'ghandu jkun hemm l-ebda dubbju ghax Luqa huwa hekk preciz fid-deskrizzjoni tal-gharqa li ma jistax ihalli dubbji jekk il-gzira kinitx Malta taghna jew xi gzira ohra qrib ix-xtajtiet tal-Jugoslavja b'isem li jixbah lil dak ta' Malta. Ir-ragunijiet huma dawn: Id-direzzjoni tar-rih grigal li bezza lin-nawfragi li sejrin jahbtu mas-Sirti, ix-xatt tal-Libja, li tinsab lejn in-nofsinhar ta' Malta; it-tluq minn Malta lejn Sirakuza, Reggju u Putijoli u t-tradizzjoni antika bil-monumenti li jfakkru l-migja ta' l-Appostlu fi gziritna. Hu veru li Luqa jghid li l-bahar tat-tempesta kienet l-Adrija, imma f'dak iz-zmien f'Adrija kienu jifhmu l-bahar Mediterran.
F'liema bajja ta' Malta telghu in-nawfragi? Áal din il-mistoqsija m'hemmx twegiba certa. Li l-gifen tfarrak mal-Gzejjer fejn hemm l-istatwa ta' l-Appostlu hi tradizzjoni recenti u hu wisq difficli li l-grajja sehhet hemm f'tempesta tal-grigal. Jinghataw xi opinjonijiet ohra fosthom, l-iktar wahda probabbli hi dik li tghid li l-post li Luqa jsejjah telassanein kien dak li missirijietna sejhu ital-ghahheninî fejn hemm il-kappella qrib il-Gillieru. Meta jonfoh il-grigal hawn jidhru wkoll iz-zewg kurrenti ta' ilma li jsemmi Luqa fl-Atti.
Xi tfisser il-kelma protos li l-Atti jaghtu lil Publju? Protos tfisser "l-ewwel wiehed" u nistghu nifhmu li Publju kien il-gvernatur Ruman tal-gzira, jew li Ruma tatu dan it-titlu gholi ghax kien maghruf bhala bniedem ta' dinjità gholja fl-imperu. Skond it-tradizzjoni kien il-gvernatur tal-gzira.
Halla xi komunità nisranija meta Pawlu telaq minn Malta? L-Appostlu dam tliet xhur fostna. Kien f'kustodja libera, jigifieri seta' johrog mill-habs bil-ghassa ta' suldat mieghu. Seta' wkoll imur f'postijiet diversi biex jghallem. Áamel hafna mirakli u fejjaq sahansitra lil missier Publju. Áalhekk ghandna nifhmu, kif haseb San Gwann Krisostmu, li kkonverta hafna. Nafu mill-Atti li meta l-Appostlu kien ifejjaq lil xi hadd, il-familja tieghu kienet titghammed. Áandna nifhmu wkoll li, kif ghamel fi bnadi ohra, qabel ma telaq halla lil xi hadd biex jiehu hsieb tal-komunità li waqqaf u mhux improbabbli li l-kap tal-komunità li halla kien Publju.
Wara t-tliet xhur li l-Appostlu ghadda fostna ma' Luqa u Aristarku, minn hawn bahhar lejn Sirakuza, Reggju u Putijoli sa ma wasal Ruma. F'Ruma ghadda aktar minn sena ohra fil-habs, ghallem hafna nies, u fl-ahhar gie mehlus.
|
 |