NAVIGATION

Pilgrimage
Pope's Speeches
Pictures from Malta

Introductions
Vjagg ta' xhieda
Atti 28
Malta - Holy Land
St. Paul - homage
Memories - 1990

Beatifications
Nazju Falzon
Adeodata Pisani
Dun Gorg Preca

San Pawl - vjagg ta' xhieda

by Marcello Ghirlando ofm

Il-vjagg ta' Pawlu ghal Ruma hu rrakkuntat fid-dettall u r-rakkont juri l-pinna ta' xhud li ra b'ghajnejh u li osserva d-dettalji tal-vjagg kollu. Mhumiex ftit l-istudjuzi li jzommu li dan ir-rakkont hu wiehed mid-dokumenti l-aktar importanti fuq is-sengha tat-tbahhir tal-griegi u tar-Rumani. Hu wkoll rakkont li juri l-fidi u l-affett kbir li Luqa kellu ghall-appostlu Pawlu.

Pawlu beda l-vjagg yal Ruma ma' Luqa u Aristarku minn Tessalonika, flimkien ma' xi habsin ohra, taht il-harsien tac-Centurjun Gulju tar-rigment ta' Awgustu (ara Atti 27, 1-2). Ilkoll telghu fuq gifen ta' Adiamiti, post fin-nofsinhar ta' Troas, fl-Asja Minuri, li kien sejjer ghall-inhawi tal-Asja. L-ghada waslu Sidon, Pawlu nizel izur l-ahwa sakemm il-gifen kien wieqaf fil-port. Gulju mexa tajjeb ma' Pawlu, u hallieh imur ghand hbiebu biex jaghtuh li kellu bzonn (Atti 27, 4). Minn Sidon il-gifen mexa ghall-irdoss ta' Cipru, sakemm qasam il-bahar lejn in-naha tac-Cilicja u tal-Pamfilja. F'Mira, f'Licja, ic-centurjun sab gifen minn Lixandra li kien sejjer l-Italja, u tellaghna fuqu (Atti 27, 7) Bi tbatija l-gifen wasal f'post, imsejjah il-Portijiet is-Sbieh, li kienu qrib il-belt ta' Lasaja, fin-nofsinhar tal-gzira ta' Kreta.

Pawlu, li kellu esperjenza twila ta' vjaggi fuq il-bahar, wissa li jibqghu fil-post, ghaliex zmien is-safar fuq il-bahar kien ghalaq: Jum is-sawm kien ga ghadda (Atti 27, 9), jigifieri s-sawm marbut mal-festa Lhudija tal-Espjazzjoni, jew Jom Kippur (1-10 Tishri, skond il-kalendarju Lhudi). Ottubru kien ghoddu spicca. Izda c-centurjun ipprefera joqghod ghal dak li qallu l-kaptan, li x'aktarx ried jidhol f'post aktar komdu, fejn setghu jghaddu x-xitwa. Wera x-xewqa li jaslu sal-Fenici. port ta' Kreta (ara: Atti 27, 9-12). Wara li gew mghejjuna minn ziffa gejja min-naha ta'nofsinhar, qamet grigalata li ghal naqra ma tefghetx il-gifen fuq il-gzira ta' Kawdi. Wara li kellhom itellghu d-dghajsa, hallew il-mewg igorrhom, peress li kienu nizzlu l-qlugh biex ma jinkaljawx fuq is-Sirti. L-ghada kellhom sahansitra jitfghu t-taghbija l-bahar biex il-gifen ma jkollux toqol zejjed u seta' jaffronta ahjar il-maltemp (ara: Atti 17, 13-19).

"JINHTIEG LI NAHBTU MA' GZIRA"

Ghal hafna jiem la dehret xemx u lanqas kwiekeb; it-tempesta li qabditna ma kinitx hafifa, hekk fl-ahhar tlifna kull tama li nsalvaw (Atti 27, 20). Pawlu ghamel il-qalb lin-nies, li kienu tilfu kull tama: Hbieb, kien imisskom smajtu minni u ma tlaqtux minn Kreta; kontu tehilsu minn din il-hsara u dan it-telf. Imma issa nwissikom biex taghmlu l-qalb, ghax hadd minnkom mhu se jitlef hajtu; il-gifen biss jintilef. Ghax dal-lejl deherli anglu ta' dak Alla li mtieghu jien u li lilu nqim, u qalli: Tibzax Pawlu,. Jehtieg li int tidher quddiem Ceßari; ara, Alla tak il-grazzja li dawk kollha li qeghdin jivvjaggaw mieghek isalvaw. Mela qawwu qalbkom hbieb. Jien nemmen f'Alla li hekk isir, sewwa sew kif habbarli. Jinhtieg li nahbtu ma' gzira. (Atti 27, 21-26)

Fl-erbatax-il jum tal-vagg il-bahrin li kienu resqu qrib xi art u wara li skandaljaw il-fond tal-bahar, bezghu li xi mkien kienu ser jahbtu ma' sikka. Il-bahrin bdew ifittxu li jarbu mill-gifen u nizzlu dghajsa l-bahar bhallikieku biex idendlu xi ankri mill-pruwa (Atti 27, 30). Pawlu fehem il-hsieb taghhom: Jekk dawn ma jibqghux fuq il-gifen, intom ma tistghux issalvaw (Atti 27, 31). Is-suldati fil-pront qacctu l-hbula tad-dghajsa u hallewha tmur ghal rihha.

Sadattant Pawlu ghamel il-qalb lil kulhadd u heggighom biex jitrejqu b'xi haga. Imbaghad kulhadd ghamel il-qalb u hadu xi haga tal-ikel huma wkoll, Konna b'kollox mitejn u sitta u sebghin ruh fuq il-gifen (Atti 27, 36-37). Mas-sebh lemhu bajja bi xtajta fiha. Riedu jitfghu l-gifen fuqha izda l-gifen habat ma' sikka u l-poppa bdiet titfarrak bil-qilloa tal-mewg. Is-suldati, li kellhom iwiegbu b'hajjithom kieku xi prigunier kellu jahrab, riedu joqtlu l-prigunieri. Izda c-centurjun li ried isalva 'l Pawlu, ma halliex il-hsieb taghhom isehh. Lil dawk li kienu jafu jghumu ordnalhom jintefghu huma l-ewwel il-bahar u jmorru l-art; lill-ohrajn ordnalhom jilhqu x-xatt, min fuq twavel u min fuq bcejjec imkissra tal-gifen. U hekk kulhadd qabad l-art qawwi u shih (Atti 27, 43-44).

SIRNA NAFU LI L-GZIRA KIEN JISIMHA MALTA

Ir-rakkont ta' Atti 28, 1-10 jigbor fih il-pagna glorjuza tal-Iskrittura marbuta direttament mal-gzira taghna. Luqa jirrakkontalna kif il-providenza ta' Alla wasslet lil Pawlu fuq il-gzejjer taghna. Minkejja li Atti ma jghidulniex li Pawlu ppriedka l-vangelu, is-sinjal evangeliku tal-helsien mil-liofgha u l-fejqan li Pawlu wettaq fuq hafna morda fl-isem ta' Gesù, huma sinjali konkreti li fi tliet xhur li Pawlu dam fuq il-gzejjer taghna huwa ttrazmetta lil missirijietna l-bxara t-tajba tal-vangeli, messagg li certament sab qlub docli f'dawk li giebu ruhhom maghna bi hlewwa liema bhala. Inhallu lil Luqa jkellimna fuq dil-grajja providenzjali li permezz taghha Pawlu nissilna fi Kristu Gesù u ghamilna tieghu ghal dejjem.

Meta hlisna mill-gharqa, sirna nafu li l-gzira kien jisimha Malta. In-nies taghha giebu ruhhom maghna bi hlewwa liema bhalha. Laqghuna tajjeb lilna lkoll u qabbdulna huggiega, ghax kienet bdiet niezla x-xita u kien il-bard. Mela Pawlu gabar qatta zkuk niexfa u tefaghhom fin-nar. Fiz-zkuk kien hemm lifgha li malli hasset is-shana, harget u qabdet ma' id Pawlu. In-nies tal-gzira, kif raw il-lifgha mdendla ma' idu, bdew ighidu wiehed lill-iehor: "Dar-ragel zgur xi qattiel, ghax ghad li helisha mill-bahar, il-gustizzja ma hallitux ighix! "Imma hu farfar il-lifgha gon-nar u ma gralu xejn. Huma stennew li se jarawh jintefah jew jaqa' u jmut f'daqqa. Wara li damu jistennew hafna u raw li ma gralu ebda deni, biddlu l-hsieb u bdew ighidu li kien xi Alla.

F'dawk l-inhawi kien hemm l-oqsma tal-princep tal-gzira, li kien jismu Publju. Dan laqaghna u bil-qalb kollha zammna ghandu tliett ijiem. Missier Publju nzerta mixhut, marid bid-deni u d-disinterija. Pawlu dahal hdejh, ghamel talba, qieghed idejh fuqu u fejqu. Wara dan imbaghad bdew ukoll jersqu ghandu l-morda l-ohra tal-gzira, u hu fejjaqhom. Tawna wkoll minn kull xorta ta' gid, meta gejna biex nitilqu, ghabbew fuq il-gifen kull ma konna nehtiegu
(Atti 28, 1-10).

Wara tliet xhur telghu fuq gifen ta Lixandra, bix-xbieha ta' Dijoskuri fuq il-pruwa, jigifieri x-xbieha tal-allat Kastor u Polluci, il-harriesa tal-bahhar. Fi triqthom lejn Putijoli waqfu tliet ijiem Sirakuza, fejn skond tradizzjoni antika Pawlu ltaqa' ma' komunità nisranija evangelizzata minn kmissjunarji anonimi. Wara li ghaddew minn Reggju, wara jumejn waslu Putijoli. Hemm sibna xi ahwa, li stednuna noqoghdu sebat ijiem maghhom, u hekk wasalna Ruma (Atti 28, 14). L-ahwa ta' din il-belt li kienu semghu bil-wasla ta' Pawlu gew sal-Forum ta' Appju, xi 66 km boghod minn Ruma, u sat-Tliet Tvieren, xi 49 km minn Ruma biex jilqghuh. Dawn kienu zewg stazzjonijiet tal-posta u post ta' mistrieh fuq l-Appia ghall-vjaggaturi li mil-Lvant kienu jridu jaslu Ruma. Malli rahom, Pawlu radd il-hajr 'l Alla u qawwa qalbu (Atti 28, 15).

Meta dhalna Ruma, Pawlu tawh il-permess joqghod ghalih b'suldat yassa mieghu
. (Atti 28, 16), jigifieri taht kustodja militari.

"TLABTKOM TIGU BIEX INKELLIMKOM"

Wara tliet ijiem, peress li Pawlu ma setax johrog, laqqa flimkien il-kapijiet tal-Lhud u ccara l-kaz tieghu maghhom. Spjega r-raguni tal-ktajjen tieghu. Hu kien marbut minhabba l-mibgheda personali ta' xi Lhud fanatici, li minhabba fihom kellu jappella ghal quddiem Cesari, u mhux ghax kellu xi jghid mal-poplu tiegh¨jew ghax ghamel xi haga kontra d-drawwiet ta' missirijietu. Ghalhekk tlabtkom tigu biex narakom u nkellimkom, ghax jien minhabba t-tama ta' Israel ninsab marbut b'din il-katina (Atti 28, 20).

Il-Lhud wiegbu li la kienu rcevew ittri fuqu mil-Lhudija u lanqas ma gew mgharrfa b'xi haga hazina fuqu. Imma rridu nisimghu minn ghandek kif tahsibha int; ghax dwar din is-setta sirna nafu li kullimkien qeghdin jehduha kontra taghha (Atti 28, 22). Ftiehmu fuq laqgha ohra li ghaliha gew hafna aktar milli kienu gew id-darba ta' qabel. Lilhom Pawlu espona l-fidi nisranija. U minn filghodu sa filghaxija qaghad jaghtihom xhieda u jfissrilhom x'inhi s-saltna ta' Alla, u ghamel kemm felah biex jipperswadihom permezz tal-Ligi ta' Mosè u l-Profeti halli jemmnu f'Gesù Kristu (Atti 28, 23). Xi whud emmnu f'dak li xandrilhom u ohrajn ma emmnux. Quddiem in-nuqqas ta' fidi taghhom Pawlu tennielhom il-kliem tal-Profeta Isaija (6, 9-10). Hu temm din il-laqgha billi qalilhom: Kunu afu, mela, li Alla baghat din is-salvazzjoni tieghu lillpagani; u huma jisimghu (Atti 28, 28).

Minkejja li baqa' taht kustodja militari, Pawlu dam joqghod hemm ghal sentejn shah fid-dar li kien kera; hemm kien jilqa' lil dawk kollha li kienu jigu ghandu, ixandrilhom is-saltna ta' Alla u jghallimhom fuq il-Mulej Gesù Kristu bil-kuragg u bla tfixkil (Atti 28, 30).

B'dan il-kliem jaghlaq il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli. Luqa jtemm il-missjoni tieghu bhala l-istoriku tal-Knisja tal-bidu. Bil-predikazzjoni ta' Pawlu f'Ruma, il-pjan li fassal ghalih f'Atti gie mitmum. Ruma kienet saret ir-rikapitulazzjoni tal-insara ta' nisel pagan, bhalma f'Gerusalem saret ir-rikapitulazzjoni tal-insara ta' nisel Lhudi. Fis-sintesi ta' Luqa, iz-zewg knejjes saru ahwa fi Kristu; fih sabu l-ghaqda fl-imhabba.

Matul dawn is-sentejn f'Ruma, Pawlu hadem u hsiebu baqa' wkoll imur ghall-knejjes li hu kien waqqaf, mhedda kif kienu bil-predikazzjoni tal-Lhud ta' tendenza gnostika. Hu f'daz-zmien li kiteb tliet Ittri ohra: ittra personali lil Filemon; l-ittra lill-Kolossin, li probabilment gew evangelizzati minn Epafra, li Pawlu stess x'aktarx nissel fil-fidi; l-ittra lill-Efesin, ittra cirkulari mibghuta lill-komunitajiet tal-Asja Prokonsolari, qrib Efesu.

L-AHHAR SNIN SAL-MARTIRJU

Wara s-sentejn li ghadda f'Ruma, il-grajjiet li nafu fuq Pawlu ma jistghux jigu maghquda bi precizjoni. Xi elementi li ghandhom il-probabiltà li huma storici huma dawk li nsibu fl-Ittri Pastorali. Dawn huma: permanenza gdida ta' Pawlu f'Efesu ma' Timotju u vjagg qasir fil-Macedonja wara li halla lil Timotju f'Efesu (Ara: 1 Tim 1, 3); permanenza ta' Pawlu fil-gzira ta' Kreta ma' Titu (ara: Titu 1, 5); zjara f'Nikopoli tal-Epiru (ara: Titu 3, 12); prigunija ohra f'Ruma, minn fejn jitlob lil Timotju jasal ghandu mill-aktar fis u jitolbu jgiblu l-mantell u l-parcmini tieghu li kien halla fi Troas (ara: 2 Tim 1, 17; 4, 9-21); vjagg fi Spanja li ga kien qed jippjana li jaghmel f'Rum 15, 24. Klement ta' Ruma, il-Framment Muratorjan, l-Atti ta' Pietru u Pawlu u hafna Missirijiet u Kittieba tal-Knisja jixhdu ghal dan il-vjagg ta' Pawlu.

Nistghu nghidu li x'aktarx, wara li temm l-ewwel prigunija tieghu f'Ruma, Pawlu mar fi Spanja sar-rebbiegha tas-sena 64wK. Ma nafu xejn fuq l-attività tieghu hemm. X'aktarx minn Spanja, fis-sena 64wK, mar fil-Lvant. Fis-sena 64wK kien Efesu, minn fejn ghadda fil-Macedonja. Kien hawn, skond xi studjuzi, li Pawlu kiteb l-ewwel ittra lil Timotju. Wara x'aktarx mar Kreta. Forsi ghadda wkoll minn Korintu. Hawn hlla lil Titu jmexxi lill-komunità nisranija. Mar Nikopoli, fejn ghadda x-xitwa. X'aktarx imbaghad mar Troas, fejn kellu jitlaq malajr u definittivament ghal Ruma. Uhud jahsbu li Pawlu kien imfittex mis-sigurtà rumana ghax kien wiehed mill-mexxejja ta' l-insara. Fil-fatt, sa mis-sena 64wK, l-Imperatur Neruni kien beda kampanja ta' persekuzzjoni kontra l-insara li gew akkuzati b'tixwix u bil-hruq tal-belt ta' Ruma. Ghall-ahhar tas-sena 66 u l-bidu tas-sena 67wK, Pawlu kien prigunier ghal darb'ohra f'Ruma, mhux aktar taht kustodja militari, imma taht kustodja pubblika, sakemm kien qed jistenna l-process li bil-wisq probabbli wasslu sal-kundanna tal-mewt.

Il-kundanna iet esegwita x'aktarx lejn ir-rebbiegha jew is-sajf tas-sena 67wK. Pawlu, l-apposlu tal-gnus, li b'hajtu kollha kien xehed ghal Kristu, jitwahhad mieghu sal-mewt u jikseb il-premju tant mixtieq, fejn Kristu jsir il-hajja tieghu ghal dejjem. Dan ghaliex dak kollu li ghalija kien qliegh, jien ghaddejtu bhala telf minhabba Kristu. U dan biex naghraf lilu u l-qawwa tal-qawmien tieghu mill-imwiet, u naqsam mieghu t-tbatijiet tieghu, u nsir nixbhu fil-mewt, biex jirnexxili nikseb il-qawmien mill-imwiet (Fil 3, 7. 10-11)

 

8/5/01 - Malta


cyber logo footer

Please fill in our Guest book form - Thank you for supporting us!
Created / Updated Tuesday, May 8, 2001 at 2:24:24 pm by John Abela ofm
This page is best viewed with Netscape at 640x480x67Hz - Space by courtesy of Christus Rex

logo logo