NAVIGATION

Pilgrimage
Pope's Speeches
Pictures from Malta

Introductions
Vjagg ta' xhieda
Atti 28
Malta - Holy Land
St. Paul - homage
Memories - 1990

Beatifications
Nazju Falzon
Adeodata Pisani
Dun Gorg Preca

Pope John Paul II
Pilgrim in the footsteps of St. Paul
SPEECHES

09.05.2001
at THE GRANARIES
MALTESE


Messagg ta' Mons. Guzeppi Mercieca
Arcisqof ta' Malta
fil-quddiesa tal-beatifikazzjoni

Missier l-aktar qaddis,

Il-komunita' maltija li tghix fil-gzejjer taghna ta' Malta u ghawdex, il-lum hija migbura madwar il-qdusija tieghek, il-Papa Gwanni Pawlu II, biex tifrah flimkien fil-Mulej u tesprimi lilu mill-qalb ir-ringrazzjamenti taghha.

Irridu nirringrazzjaw il-Mulej illi fiz-zerniq l-aktar kmieni tal-kristjanezmu, ghoxrin seklu ilu, missirijietna tal-qedem, permezz tal-migja ta' San Pawl fuq xtutna, inghataw id-don tal-fidi u t-tama f'Alla li hu l-Missier taghna li jhobbna u li jista' kollox.

Irridu nirringrazzjaw lill-Mulej ukoll li 11-il sena ilu, pajjizna kien imbierek bil-bosta biz-zjara pastorali ta' tlett ijiem tal-qdusija tieghek. Kienet grajja tassew kbira li ahna lkoll gawdejna mill-qalb u apprezzajna. Din il-grajja ghadna niftakruha f'mohhna u tferrhilna qalbna. Hija tibqa' mnizzla fl-istorja mzewqa taghna bhala rigal specjali ta' l-ghozza u ta' l-imhabba li l-qdusija tieghek dejjem kellha lejn pajjizna u li ntweriet f'bosta okkazjonijiet. Nirringrazzjawk ghal darba ohra ghax sahhahtna fil-fidi taghna!

Irridu wkoll nirringrazzjaw lill-Mulej ghar-rigal tal-lum. Il-lum, id-9 ta' Mejju 2001 huwa l-jum li ilna nistennew fis-skiet, bi stennija herqana ghal zmien twil. Il-lum it-tamiet taghna ntemmu, sebah jum gdid sabih li jimliena b'ferh hieni u barkiet spiritwali.

Matul il-pellegrinagg tieghek li qed taghmel fuq il-passi ta' San Pawl, il-qdusija tieghek ghogobha tilqa' x-xewqat u t-talbiet taghna u indenjajt tonorana u tigi ghat-tieni darba ghal zjara pastorali qasira fi gziritna, li fiha, il-qdusija tieghek, bhala vigarju ta' Kristu se tiddikjara beati lil hutna, il-venerabbli Dun Gorg Preca, fundatur tas-Socjeta' tad-Duttrina Nisranija, il-Venerabbli Nazju Falzon, u l-Venerabbli Marija Adeodata Pisani OSB.

Din il-grajja hija ta' importanza primarja mhux biss ghall-Knisja f'Malta izda wkoll ghan-nazzjon kollu. Malta s'issa baqghet fidila fl-istqarrija pubblika tal-fidi Kattolika li xxandret minn San Pawl meta, permezz ta' l-intervent dirett tal-provvidenza divina kien nawfragat fuq xtutna. Issa Malta qieghda titbierek ghall-ewwel darba fl-istorja taghha bil-beatifikazzjoni solenni li se ssir fuq artna stess, ta' tlieta minn uliedha.

Waqt li qed nghixu din il-grajja straordinarja, inhossu li l-Mulej permezz tal-qdusija tieghek qed jerga' jheggigna lilna lkoll biex nuru l-gratitudni taghna lejh ghal hafna rigali li xerred fuqna billi bqajna leali lejn il-fidi Kattolika u sodi fil-valuri li johorgu minnha.

Huwa fatt li l-hafna theddid ghall-valuri li hallewlna missirijietna u t-tnawwir taghhom, flimkien mat-tixrid ta' mentalitajiet u kulturi differenti, qed jaffettwaw hafna lil Malta. Dan inissel thassib. Wiehed ghandu jilqa' ghal din is-sitwazzjoni.

Ahna nemmnu bis-shih li l-Mulej Gesu' wahdu huwa t-triq li twaqqaf il-kultura tal-konsumizmu, tal-permessivita' u tal-firdiet fil-familji u fil-hajja socjali u politika taghna, li bis-serqa izda bla waqfien qieghda titmexxa 'l quddiem b'diversi mezzi ta' komunikazzjoni fil-gzejjer taghna. Ahna nemmnu li l-Mulej Gesu' biss huwa t-triq li twassalna biex nibnu socjeta' mgedda li l-ideali taghha, fit-teorija u fil-prattika, huma l-gustizzja, il-paci, l-onesta' u t-trasparenza. Wiehed ghandu jirrispetta lil dawk li jistqarru ghamliet ohra ta' twemmin u jhaddnu valuri ohra. Izda biex ikollna l-kuragg tal-konvinzjonijiet taghna, ghandna nkunu nafu kif naghtu xiehda tal-Mulej Gesu' u tat-taghlim u l-valuri tal-fidi taghna.

Waqt li nhaddnu t-taghlim tal-magisteru, ahna msejha biex inzommu fedelment il-vizjoni nisranija li writna mill-imghoddi.

L-ispirtu ta' servizz ispira lilna l-isqfijiet ta' dawn il-gzejjer, fl-ittra pastorali taghna ghar-Randan 2001, biex nitolbu lill-gheziez uliedna, irgiel u nisa fil-Mulej, halli jhejju lilhom infushom ghaz-zjara tal-qdusija tieghek billi jaghmlu ezami tal-kuxjenza bil-ghajnuna ta' dak li inti ghallimtna u nkuraggajtna biex inzommuh ghaziz meta zortna hdax-il sena ilu.

Nirringrazzjaw lill-qdusija tieghek. Inweghduk li niftakru fik fit-talb taghna. Ahna lkoll nitolbu ghall-barka appostolika tieghek u ghat-talb tieghek.

Il-Fosos tal-Floriana


 

© 10/5/01 - Malta


cyber logo footer

Please fill in our Guest book form - Thank you for supporting us!
Created / Updated Thursday, May 10, 2001 at 12:48:19 am by John Abela ofm
This page is best viewed with Netscape at 640x480x67Hz - Space by courtesy of Christus Rex

logo logo