maltese province
  • NAZJU FALZON (01.07.1813-01.07.1865)
  • Updated today Tuesday, April 24, 2001 at 11:30 am

  • Malta ta' zmien Nazju Falzon   ta' Gorg Aquilina ofm
  • MALTA

  • 21.04.2001

    Bhal kull bniedem iehor, il-B. Nazju Falzon ghex hajtu fi zmien preciz ta' l-istorja. Zmien li fih zviluppa l-personalitł tieghu, u ssawwar fi bniedem li barra mill-qdusija personali tieghu fi grad gholi, kien ukoll il-benefattur u profeta li ta l-kontribut siewi tieghu b'risq il-maltin u l-barranin ta' zmienu fi gziritna. Jitqies bhala wiehed mill-personaggi, li madwarhom issawwr l-ewwel nofs tas-seklu dsatax. Harsa lejn il-hajja ta' dan il-bniedem importanti naslu nifhmu, mhux biss fuqhiex bena l-hajja tie tieghu ta' qdusija fi grad gholi, imma wkoll il-qaghda socjali tan-niesna li maghhom u ghalihom hadem.

    Is-seklu dsatax kien ghall-Gzejjer taghna, zmien ta' bidliet kbar. Fi ftit snin missierietna ghaddew minn tlett saltniet - il-Kavallieri, l-Francizi u l-Inglizi. Bidbliet li sahhew hekk f'qasir zmien li, bhal radda ta' mohriet hallew is-sinjali taghhom li damu ma twettew. Il-qaghda politika tal-poplu taghna kienet ghadha mhux stabbli ghalkollox. Il-Knisja biss kienet ghadha dik il-qawwa li kapaci tghaqqqad, tigbor il-hafna fehmiet, u tiddefendi dawk l-istrutturi li minn dejjem sawwru l-identitł maltija tal-poplu.

    Fl-4 ta' Ottubru 1813 wasal Malta l-ewwel Gvernatur u Commander-in-Chief Sir Thomas Maitland, li sab ma wiccu l-pesta li kienet faqqghet fil-21 ta' Mejju ta' l-istess sena u gebbdet sa Settembru tal-1814. Fit-30 ta' Mejju 1814 gie ffirmat it-Trattat ta' Parigi, li bih fost l-ohrajn Malta ghaddiet definittivament taht l-Imperu Ngliz, u saret il-Gzira Fortizza tal-Mediterran. Il-Maltin biex waqfu lill-Francizi kienu ftaqru, aktar milli kienu qabel. Sa kellhom jiddejnu biex setghu jixtru l-qamh biex jieklu. Ir-raba' fil-bicca l-kbira tieghu safa' zdingat u l-bdiewa, ma kellhomx minfejn ihallsu lanqas il-qbiela, ghal tul ta' snin wara. Il-faqar kien hakem bis-shih, ghaliex flimkien mat-telqa li gab mieghu l-imblokk, kif niesna bdew jiehdu r-ruh, faqqghet il-pesta. Fil-21 ta' Mejju 1813, is-sena li f'nofsha (1 ta' Lulju) twieled Nazju Falzon, faqqghet din il-marda qerrieda li twalet sa Settembru ta' wara. Kaxkret maghha 4,572 ruh minn popolazzjoni ta' mitt elf. Il-kolera zaret ukoll Malta fl-1837, 1848, 1850, 1854, 1856 u 1865, u kull darba ftit jew wisq, garret maghha l-vittmi li kienu ntlaqtu.

    Il-hajja madwar il-port il-kbir

    L-Inglizi bdew jahkmu 'il-Gzejjer taghna fi zmien ta' glied ma Franza ghas-supremazija tal-Mediterran. Hekk issa l-portijiet taghna kienu kisbu importanza militari akbar milli qatt kellhom qabel, flimkien ma l-kummerc li kotor. Rigmenti shah, suldati u bahrin, kienu gejjin u sejrin, ohrajn bdew ikunu stazzjonati hawn ukoll. Bosta nies mill-irhula kienu ffullaw kemm il-Belt Valletta, kif ukoll it-Tlett Ibliet. Il-kummerc u s-servizzi fil-portijiet kienu zdiedu bis-shih. Imma il-pesta u mard iehor li jittiehed, kemm-il darba gerrex bis-shih dan il-qawmien kummercjali; u meta x-xoghol naqas, il-foqra komplew ftaqru.

    Fil-qasam socjali, edukattiv u sanitarju, ma nkunux qed nitbeghdu mis-sewwa jekk intennu li n-nuqqas kien jinhass sew. Familji numeruzi li jghixu fi djar zghar, u haddiema ta' l-id u ta' l-ispalla, kienu mhallsin bis-soldi, meta kien hemm ix-xoghol. It-tallaba fit-toroq ma kienux wiehed u tnejn.

    It-taghlim primarju fl-iskejjel tal-gvern fi zmien Nazju kien fil-bidu tieghu. L-ewwel skejjel elementari raw id-dawl fl-1836, u l-progress kien miexi b'pass ta' nemla. Sa l-1898, 12,000 biss kienu jmorru l-iskola minn 37,000 tfal li kienu fl-etł ta' edukazzjoni elementari.

    Il-Knisja

    Il-Knisja f'dan iz-zmien ta' bidla, taht kull aspett kienet ghadha l-gwida ewlenija tal-poplu, u kienet tgawdi l-fiducja tieghu. U dan mhux ta' xejn. Fi zmien l-imblokk kienet tat xhieda bil-mod ta' kif haddnet l-ispirazzjonijiet legittimi tieghu. Imma barra minn hekk, ghandna lista shiha ta' membri tal-kleru, religjuzi u djocesani li taw kontribut siewi. It-taghlim elementari b'xejn, fil-knejjes, fid-djar tal-kleru u fil-kunventi, il-waqfien fi hdanha ta' ghaqdiet, tal-mutuo soccorso, kif kienu jissejhu dawk li l-ghan taghhom kien li jipprovdu ghajnuna waqt il-mard, lill-orfni u lir-romol. Dan kollu hareg ghal ewwel darba f'Malta minn hdan il-Knisja minn dejjem. U issa hareg fi zmien meta l-protestanti, kif kienu l-bicca l-kbira tal-hakkiema l-godda, ma kienux b'idejhom marbutin. Anzi kienu gmielhom jindhesu mall-poplu, li sa pprezentawlu bicciet mill-Bibja bil-malti. Biex ma nsemmux it-tentattiv ta' bini ta' knejjes protestanti, minhabba li bosta minnhom issa kienu qed ighixu hawn.

    Fil-Belt Valletta ta' zmien Nazju Falzon kienu jezistu, taht il-harsien tal-Kleru Istituti ghat-taghlim tal-katekizmu, immexxijin minn sacerdoti li kienu maghrufin ghal tjubithom u ghal impenn pastorali taghhom. Tajjeb li nsemmu l-Istitut ta' Edukazzjoni Kattolika li fl-1839 waqqaf P. Massimiliano Ryllo SJ, fl-Oratorju tal-Gizwiti, u li wara l-istess Istitut insibuh fil-Knisja ta' San Gakbu. Dun Gavino Mamo fl-1847 waqqaf iehor fil-knisja ta' Santa Barbara, li wara nsibuh f'dik tal-Pilar u aktar tard fil-knisja tal-Vitorja.

    F'dan il-kontest ta' min ifakkar li verament li Nazju Falzon hass li ma sthaqqlux li jitla' t-tarag ta' l-Artal Imqaddes,u jsir sacerdot bhaz-zewg hutu, imma wettaq xorta wahda dawk il-hidmiet li huma ferm marbuta mall-ministeru sacerdotali. Ghallem id-duttrina f'dawn il-Knejjes il-semmejna, u fil-Parrocca ta' Birkirkara, fejn il-familja kellha d-dar tas-sajf. Ghallem ukoll it-tfal inglizi f'daru.
    L-istudju

    Terga' nzidu nfakkru li l-edukazzjoni sekondarja,kif nafuha llum ahna, kienet limitata u x'aktarx li t-thejjija ghad-dhul fis-seminarju u l-universitł kienet tinghata fid-djar ta' ghalliema ndividwali. Nazju, li hu nnifsu kien tghallem ghand ghalliema ta' fama, meta wasal il-waqt ghen kemm felah bla ebda hlas b'lezzjonijiet privati lil min kien fi htiega li jhejji ruhu, kemm biex jibda t-triq ghas-sacerdozju kif ukoll biex wiehed jissokta fl-istudju.

    Ma kienx facli lanqas ghal Nazju, minkejja li kien gej minn razza ta' avukati u mhallfin, miz-zewg nahat tal-genituri tieghu, li jistudja u jiehu l-lawrja ta' avukat fi zmien ta' riforma fis-sistema legali ta' pajjizna. Il-gurisprudenza migbura fi-kodici ta' De Rohan, li kien rega' dahal fis-sehh wara t-tluq tal-Francizi, taht l-Inglizi kien wasal tmiemha. Inghata bidu ghal riforma shiha u li kien ilu jinhass il-htiega taghha. Fl-1850 kien tlesta l-Kodici Kriminali, dak tal-Procedura Civili u tal-Pulizija. Missier Nazju stess, l-imhallef Giuseppe Francesco Falzon, kien membru fil-kummissjoni ta' din ir-riforma legali. Nazju kien student intelligenti, imma kellu wkoll jaqta' bi snienu. Li kien intelligenti jidher mill-fatt li wahdu kien tghallem l-ingliz, hekk tajjeb li seta' jghallem lis-suldati, lill-bahrin inglizi. Wasal ukoll li jara fil-lingwa ngliza, il-lingwa tal-futur. Irrakkomanda lill-kleru li jitghallimha sew. Hawn nistghu nghidu li kien profeta, kapaci jaqra iz-zminijiet, u jinterpretahom.

    Zmien il-Beatu taghna kien ukoll meta ssawwar il-hsieb li Malta ssir centru ta' taghlim ta' l-ilsna orjentali. Fil-qasir, hu wkoll iz-z-zmien ta' Sir John Hookham Frere u ta' Mikiel Anton Vassalli.

    Sejha profetika

    Imma wahdu ma kienitx tkun bizzejjed dan il-gharfien mill-boghod u l-inseriment tieghu fi zmien ta' qawmien letterarju wkoll, li kieku ma kellux formazzjoni tajba skond is-sejha apostolika li Alla kien ghazlu ghaliha. U l-formazzjoni nisranija tajba bdiet minn ma djul il-familja, u ssokta jsahhahha, hekk li kien kapaci jghaddiha lil ohrajn. L-imhabba, gieh u qima li kellu lejn GesŁ fl-Ewkaristija, flimkien ma devozzjoni marjana, ghamlu minnu l-profeta li f'kulhadd, bla distinzjoni u ghazla, kien jara lil Alla. Gidu, qisu ma kienx tieghu. Il-fqir u l-batut sabu fih l-ghajnuna bla daqq ta' trombi. Kemm waqaf ma ghajru Alla wahdu jafu. U zmienu kien ghalih, kif rajna, zmien ta' sfida, meta l-faqar u l-mard kont tarhom u tmisshom b'idejk. Ma kontx trid wisq biex tinduna bihom. Nazju kien is-sammaritan it-tajjeb li kien kapaci jinzel mill-qaghda socjali gholja tieghu, biex intefa' ma l-art idewwi, u jiehu hsieb ta' minn kellu l-bzonn ta' l-ghajnuna tieghu, issa u mhux imbaghad.

    F'isem il-Madonna tar-Ruzarju wettaq fil-Knisja tal-Gizwiti tal-Belt il-hidma principali tieghu ta' ghalliem ta' l-imhabba ta' Kristu, b'risq il-bahrin u s-suldati tar-regimenti nglizi. Apostolat li bih lahaq ukoll lill-familji taghhom. Hidmietu kienet mibnija qabel xejn fuq l-apprezzament u r-relazzjoni umana, ma dawk li kienu fi triqthom lejn l-inhawi tal-gwerra. Relazzjoni umana ta' mhabba li wasslet biex mijjiet ircevew il-Maghmudija u haddnu l-Fidi Kattolika. F'dan l-apostolat kellu mieghu jghinuh lajci wkoll. Hekk nistghu naraw fih pijunier li ghaqqad mall-hidma tieghu, s-sehem tal-lajci. Mitt sena qabel il-Koncilju Vatikan II. Ta' min ifakkar ukoll li l-B.Dun Gorg Preca kien iqisu bhala l-predecessur tieghu, u kellu lejh qima kbira. Forsi nebbhu bis-sehem tal-lajci fit-taghlim tal-katekizmu. Hawn ukoll niftakru fl-emancipazzjoni tal-kattolici fl-Ingilterra, u fit-talb li Nazju kien heggeg li jsir ghal konverzjoni ta' dan il-pajjiz. Zmien l-Oxford Movement u Henry Newman, li b'xi mod influenzaw il-hidma ta' Nazju taghna.

    Waqtiet ta' sfida

    Ma rridux ninsew ukoll li l-Knisja f'Malta kellha quddiemha n-nikiet li minnu kien ghaddej il-Papa B.Piju IX fil-kwestjoni tahraq ta' l-ghaqda ta' l-Italja. Bosta taljani, fosthom mexxejja politici, kienu sabu kenn hawn Malta. L-Inglizi, patruni f'pajjizna, kienu fethulhom il-bieb berah. Xandru gurnali bl-idejat taghhom, u sa kellhom minn fost il-maltin minn kien jaqbel taghhom. Ruxxmata gurnali li kienu jitwieldu u jmutu qasir-il-ghomor, b'idejat li l-messagg taghhom xi drabi nikket bis-shIh lill-Knisja Maltija lejali ghal kollox lejn il-Papa u t-taghlim tradizzjonali tal-Knisja. Min jaf x' setghet tfisser dik id-devozzjoni kbira li Nazju kellu lejn San Guzepp ? Id-devozzjoni tal-Familja Falzon, sa llum narawha f'monument dejjiemi fil-Knisja Parrokkjali ta' l-Imsida, iddedikata lil dan il-qaddis. Hu zgur, li Nazju miet imghannaq ma San Guzepp╔ mall-Harries tal-Knisja Kattolika, kif gie msejjah minn PijuIX hames snin wara l-mewtu. F'San Guzepp kien jilmah il-Qaddis li fi hsiebu kien qieghed il-harsien tal-Knisja li f'dak il-waqt il-bibien ta' l-infern kienu qed jehduha kontra taghha.

    Il-B. Nazju Falzon gharaf jifhem il-htigijiet ta' Malta Kattolika ta' zmienu. L-ispirtu t'Alla mexxieh fit-triq ta' l-umiltł, u ghamel minnu bniedem ghaziz ghal kull min ghex mieghu. F'Malta, fi zmien grajjiet ta' bidla, li kellhom zgur it-tajjeb u l-hazin taghhom, gharaf jaghti sehemu biex idewwi, jitma, jlibbes u jghallem lil hutu, kienu minn kienu: maltin, suldati, bahrin, protestanti jew lhud, ghal kulhadd kellu kelma tajba, u tbissima ta' hbiberija.

    L-istorja ta' pajjizna bil-haqq kollu thares lejh bhala l-glorja tal-Kleru Malti.

    Return to Nazju Falzon's main page

    cyber logo footer
    Please fill in our Guest book form - Thank you for supporting us!
    Created / Updated Tuesday, April 24, 2001 at 11:30:26 am by John Abela ofm
    This page is best viewed with Netscape at 640x480x67Hz - Space by courtesy of Christus Rex
    logo logo